Riżultati live - 27/05/2019

L-aħħar aġġornament 00:20 - 27 pajjiżi disponibbli

27/05/2019 - 00:18
Il-ħinijiet huma kollha GMT+2

Parlament Ewropew 2019 - 2024 Riżultati proviżorji

Gruppi politiċi Numru ta’ siġġijiet
PPE - Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani) 180
S&D - Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew 152
ALDE&R - Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa + Renaissance + USR PLUS 105
Ħodor/AĦE - Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea 67
ECR - Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej 61
ENL - Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà 57
EFDD - Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta 54
GUE/NGL - Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku 38
NI - Membri mhux affiljati 7
Oħrajn - Membri eletti ġodda bla appartenenza għal xi Grupp politiku tal-Parlament preċedenti 30
Total ta’ siġġijiet

Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew

  • PPE - Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani)
  • S&D - Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew
  • ECR - Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej
  • ALDE&R - Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa + Renaissance + USR PLUS
  • GUE/NGL - Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku
  • Ħodor/AĦE - Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea
  • EFDD - Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta
  • ENL - Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà
  • NI - Membri mhux affiljati
  • Oħrajn - Membri eletti ġodda bla appartenenza għal xi Grupp politiku tal-Parlament preċedenti

Mill-2009, skont ir-Regoli ta' proċedura tal-Parlament Ewropew, grupp politiku għandu jkun magħmul minn tal-anqas 25 Membru li jkunu ġew eletti f'tal-anqas seba' Stati Membri.

Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ibbażata fuq riżultati nazzjonali proviżorji jew finali disponibbli ppubblikati wara li l-votazzjoni tkun intemmet fl-Istati Membri kollha, ibbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Sors: Il-Parlament Ewropew f’kollaborazzjoni ma’ Kantar

L-Italja

Tipi ta’ riżultati:

Stimi: Aggregazzjoni stabbilita mill-Kantar tal-kalkoli nazzjonali disponibbli jew dejta tal-votazzjoni li toħroġ mill-elezzjonijiet u ppubblikata fi Stat Membru partikolari wara li l-votazzjoni tkun intemmet, ibbażata fuq istituzzjonijiet tal-votazzjoni magħrufa sew u affidabbli.

Projezzjoni: Il-projezzjoni tal-Parlament Ewropew hija kalkolu tal-kompożizzjoni tiegħhu li tirriżulta mill-elezzjonijiet. Din il-projezzjoni titħejja minn Kantar permezz ta’ aggregazzjoni tar-riżultati disponibbli tal-elezzjonijiet, stimi jew dejta dwar il-votazzjoni li tkun ġiet ippubblikata fl-Istati Membri wara li l-votazzjoni tkun intemmet. Mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Parlament elett ġdid, il-projezzjoni hija bbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Proviżorju: Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ibbażata fuq riżultati nazzjonali proviżorji jew finali disponibbli ppubblikati wara li l-votazzjoni tkun intemmet fl-Istati Membri kollha, ibbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Riżultati proviżorji: L-ewwel riżultati kif ippreżentati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru abbażi tal-perċentwal tal-voti magħduda.

Riżultati finali: Riżultati kif ippubblikati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru wara li jkunu ġew magħduda l-voti kollha.

Riżultati uffiċjali: Riżultati definittivi kif proklamati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru u vvalidati mill-awtorità leġiżlattiva nazzjonali.

Sessjoni kostituttiva: Riżultati kif imħabbra uffiċjalment mill-Parlament Ewropew elett ġdid wara l-verifika tal-kriterji tal-membri eliġibbli.

Sors: Il-Parlament Ewropew f’kollaborazzjoni ma’ Kantar

Iddawnlowdja u xxerja
Iddawnlowdja din il-graff