Għodda komparattiva
27/05/2019 - 01:35
Il-ħinijiet huma kollha GMT+2

Tipi ta’ riżultati:

Stimi: Aggregazzjoni stabbilita mill-Kantar tal-kalkoli nazzjonali disponibbli jew dejta tal-votazzjoni li toħroġ mill-elezzjonijiet u ppubblikata fi Stat Membru partikolari wara li l-votazzjoni tkun intemmet, ibbażata fuq istituzzjonijiet tal-votazzjoni magħrufa sew u affidabbli.

Projezzjoni: Il-projezzjoni tal-Parlament Ewropew hija kalkolu tal-kompożizzjoni tiegħhu li tirriżulta mill-elezzjonijiet. Din il-projezzjoni titħejja minn Kantar permezz ta’ aggregazzjoni tar-riżultati disponibbli tal-elezzjonijiet, stimi jew dejta dwar il-votazzjoni li tkun ġiet ippubblikata fl-Istati Membri wara li l-votazzjoni tkun intemmet. Mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Parlament elett ġdid, il-projezzjoni hija bbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Proviżorju: Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ibbażata fuq riżultati nazzjonali proviżorji jew finali disponibbli ppubblikati wara li l-votazzjoni tkun intemmet fl-Istati Membri kollha, ibbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Riżultati proviżorji: L-ewwel riżultati kif ippreżentati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru abbażi tal-perċentwal tal-voti magħduda.

Riżultati finali: Riżultati kif ippubblikati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru wara li jkunu ġew magħduda l-voti kollha.

Riżultati uffiċjali: Riżultati definittivi kif proklamati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru u vvalidati mill-awtorità leġiżlattiva nazzjonali.

Sessjoni kostituttiva: Riżultati kif imħabbra uffiċjalment mill-Parlament Ewropew elett ġdid wara l-verifika tal-kriterji tal-membri eliġibbli.

Parlament uxxenti: Il-Parlament Ewropew kif ikkonfigurat fl-aħħar sessjoni parlamentari tal-leġiżlatura attwali.

Mill-2009, skont ir-Regoli ta' proċedura tal-Parlament Ewropew, grupp politiku għandu jkun magħmul minn tal-anqas 25 Membru li jkunu ġew eletti f'tal-anqas seba' Stati Membri.

Sors: Il-Parlament Ewropew f’kollaborazzjoni ma’ Kantar

Iddawnlowdja u xxerja
Iddawnlowdja din il-graff