Bilanċ bejn is-sessi tal-MPE: 2019

Il-Parlament Ewropew se jippubblika r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej 2019 għal kull pajjiż, kif ukoll projezzjoni tal-kompożizzjoni tiegħu fis-26 ta' Mejju 2019. B'rispett sħiħ tal-liġijiet elettorali nazzjonali, il-kuntrattur tal-Parlament Kantar se jistabbilixxi projezzjonijiet tas-siġġijiet nazzjonali u tal-UE. Il-ħarsa ġenerali Ewropea se tipprovdi l-ewwel projezzjoni kumplessiva b'ċifri globali għall-gruppi politiċi abbażi tal-istruttura tal-Parlament li wasal biex jispiċċa. Hekk kif il-votazzjoni tintemm progressivament fl-Istati Membri, aħna nuru d-data disponibbli. Il-projezzjoni se tkompli tiġi aġġornata sakemm l-Istati Membri kollha jkunu temmew il-votazzjoni u l-awtoritajiet elettorali nazzjonali jkunu ppubblikaw ir-riżultati finali.

Barra minn hekk fis-26 ta' Mejju, kmieni filgħaxija, fir-rigward ta' dawk il-pajjiżi fejn il-votazzjoni tkun diġà spiċċat, il-paġni nazzjonali se juru r-riżultati tal-elezzjoni skont il-partiti nazzjonali u l-gruppi politiċi, it-tqassim tal-partiti nazzjonali u l-gruppi politiċi f'perċentwali u siġġijiet, kif ukoll id-data dwar l-għadd ta' nies li jkunu ħarġu jivvotaw skont kif imħabbar mill-awtoritajiet elettorali nazzjonali. Il-paġni Nazzjonali se jiġu miżjuda u aġġornati hekk kif il-votazzjoni tintemm progressivament fl-Istati Membri tal-UE.

X'inhi 'projezzjoni'? Il-projezzjoni tal-Parlament Ewropew hija stima tal-kompożizzjoni tiegħu li tirriżulta mill-elezzjonijiet. Minħabba l-ħinijiet ta' votazzjoni differenti fil-pajjiżi tal-UE, kull projezzjoni fil-lejl tal-elezzjoni se tkun ibbażata fuq taħlita ta' data disponibbli, li tvarja minn data elettorali mhux uffiċjali bħal stħarriġ tal-opinjoni ta' dawk li jkunu vvotaw jew stimi ppubblikati fl-Istati Membri sar-riżultati elettorali nazzjonali uffiċjali. Id-data, irrispettivament minn ta' liema kategorija, se tiġi ppubblikata biss ladarba tkun intemmet il-votazzjoni fil-Pajjiż Membru kkonċernat. Kantar, il-kuntrattur tal-Parlament għall-elezzjonijiet, qed jalloka r-riżultati nazzjonali fi ħdan il-gruppi politiċi attwali abbażi tal-liġi elettorali ta' kull pajjiż, u dan jagħti projezzjoni tat-tqassim sħiħ tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Peress l-kompożizzjoni futura tal-Parlament elett u l-gruppi politiċi tiegħu ma tistax tkun antiċipata qabel is-sessjoni kostituttiva f'Lulju 2019, il-projezzjoni tal-kompożizzjoni tal-Parlament tiġi bbażata fuq l-istruttura tal-Parlament li wasal biex jispiċċa.

Xi tfisser 'oħrajn'? Il-projezzjoni tal-kompożizzjoni tal-Parlament tiġi bbażata fuq l-istruttura tal-Parlament li wasal biex jispiċċa u l-gruppi politiċi tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Parlament li jmiss fis-sessjoni kostituttiva tiegħu f'Lulju 2019. Il-partiti nazzjonali li attwalment huma rappreżentati fil-Parlament se jitqiegħdu fl-istess grupp politiku fejn ipoġġu bħalissa fil-Parlament li wasal biex jispiċċa. Il-partiti nazzjonali li attwalment mhumiex rappreżentati fil-Parlament Ewropew iżda li diġà huma membri ta' partit politiku Ewropew rikonoxxut se jitpoġġew fil-grupp politiku li miegħu jkun affiljat dan il-partit politiku Ewropew. Il-partiti nazzjonali li attwalment la huma rappreżentati fil-Parlament Ewropew u lanqas għandhom xi affiljazzjoni uffiċjali ma' partit politiku Ewropew rikonoxxut se jiġu kklassifikati fil-kategorija 'oħrajn', mingħajr ebda preġudizzju għall-orjentazzjoni politika tagħhom. It-tibdil fl-attribuzzjoni ta' partit nazzjonali lil grupp politiku (jew fir-rigward ta' ċaqliqa minn 'oħrajn' għal grupp politiku) se jsir biss wara li s-servizzi tal-Parlament ikunu rċevew konferma bil-miktub. Peress li ma nistgħux nikkonkludu minn qabel ma' liema grupp(i) se jkunu affiljati, din il-kategorija se tinqasam b'mod ugwali fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-emiċiklu fir-rappreżentazzjoni grafika tal-projezzjoni kumplessiva tas-siġġijiet.


Skopri kif jaħdmu l-elezzjonijiet Ewropej
Iddawnlowdja u xxerja
Iddawnlowdja din il-graff